+Artikolu 3 2

Artikolu 3 2

2.   L-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu li:

(a)

jikkomplementa u jintegra l-kapaċitajiet eżistenti u futuri tal-komponent ta’ GOVSATCOM fis-sistema ta’ konnettività sigura;

(b)

itejjeb ir-reżiljenza, is-sigurtà u l-awtonomija tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(c)

jiżviluppa aktar u jintegra gradwalment l-EuroQCI fis-sistema ta’ konnettività sigura;

(d)

jiżgura d-dritt tal-użu ta’ slots orbitali u frekwenzi rilevanti;

(e)

iżid ir-robustezza tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri u r-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni, billi jiżviluppa ridondanza, protezzjoni ċibernetika passiva, proattiva u reattiva u miżuri operazzjonali ta’ ċibersigurtà u protettivi kontra t-theddid ċibernetiku u miżuri oħra kontra t-theddid elettromanjetiku;

(f)

jiffaċilita, fejn possibbli, l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u servizzi addizzjonali mhux ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari billi jtejjeb il-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, joħloq sinerġiji bejniethom u jespandi l-kapaċitajiet u s-servizzi tagħhom, kif ukoll l-iżvilupp ta’ servizzi mhux ta’ komunikazzjoni li għandhom jiġu pprovduti lill-Istati Membri, billi jospita subsistemi satellitari addizzjonali, inkluż tagħbijiet utli;

(g)

jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, l-effiċjenza, kif ukoll l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji fixkiela u mudelli ta’ negozju innovattivi fl-ekosistema spazjali Ewropea kollha kemm hi, inkluż atturi ta’ Spazju Ġdid, parteċipanti ġodda, negozji ġodda u SMEs, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur spazjali tal-Unjoni;

(h)

ittejjeb il-konnettività sigura fuq żoni ġeografiċi ta’ interess strateġiku, bħall-Afrika u l-Artiku kif ukoll il-Baltiku, il-Baħar l-Iswed, ir-reġjuni tal-Mediterran u l-Atlantiku;

(i)

itejjeb is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku, billi jimplimenta miżuri xierqa biex jiżgura u jippromwovi mġieba responsabbli fl-ispazju meta jimplimenta l-Programm, inkluż billi jfittex li jipprevjeni l-proliferazzjoni tar-residwi spazjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.