2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-forniment ta’ servizzi governattivi, billi tqis l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2021/696, abbażi tad-domanda konsolidata tal-ħtiġijiet attwali u antiċipati għas-servizzi differenti kif identifikati flimkien mal-Istati Membri, u l-allokazzjoni dinamika tar-riżorsi u l-prijoritizzazzjoni tas-servizzi governattivi bejn il-parteċipanti differenti tal-Programm, skont ir-rilevanza u l-kritikalità tal-ħtiġijiet tal-utenti u, fejn xieraq, il-kosteffiċjenza.