+Artikolu 9 Servizzi governattivi
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8

Artikolu 9 Servizzi governattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Is-servizzi governattivi għandhom jiġu pprovduti lill-parteċipanti tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 11(1), (2) u (3).

Artikolu 9 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-forniment ta’ servizzi governattivi, billi tqis l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2021/696, abbażi tad-domanda konsolidata tal-ħtiġijiet attwali u antiċipati għas-servizzi differenti kif identifikati flimkien mal-Istati Membri, u l-allokazzjoni dinamika tar-riżorsi u l-prijoritizzazzjoni tas-servizzi governattivi bejn il-parteċipanti differenti tal-Programm, skont ir-rilevanza u l-kritikalità tal-ħtiġijiet tal-utenti u, fejn xieraq, il-kosteffiċjenza.

Artikolu 9 3

3.   Is-servizzi governattivi msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti awtorizzati mill-gvernijiet.

Artikolu 9 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tixtri s-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(2), skont kondizzjonijiet tas-suq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju bl-għan li jiġi ggarantit il-forniment ta’ dawk is-servizzi lill-Istati Membri kollha. Il-kapaċità preċiża u l-allokazzjoni baġitarja għal dawk is-servizzi għandhom jiġu ddeterminati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi tal-kontribut mill-Istati Membri.

Artikolu 9 5

5.   B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, f’każijiet debitament ġustifikati, fejn strettament meħtieġa biex tlaqqa’ l-provvista u d-domanda tas-servizzi governattivi, tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, politika tal-ipprezzar, li għandha tkun konsistenti mal-politika tal-ipprezzar imsemmija fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Bl-adozzjoni ta’ politika tal-ipprezzar, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-forniment tas-servizzi governattivi ma jfixkilx il-kompetizzjoni, li ma jkun hemm ebda nuqqas ta’ servizzi governattivi u li l-prezz identifikat ma jirriżultax f’kumpens żejjed lill-kuntratturi msemmija fl-Artikolu 19.

Artikolu 9 6

6.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3).

Artikolu 9 7

7.   Il-forniment gradwali ta’ servizzi governattivi għandu jiġi żgurat kif stabbilit fil-portafoll tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 10(1) soġġett għad-disponibbiltà tal-infrastruttura tas-sistema ta’ konnettività sigura, wara l-implimentazzjoni tal-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), u billi jibni fuq is-servizzi u l-kapaċitajiet eżistenti u permezz tal-ingranaġġ tagħhom, kif xieraq.

Artikolu 9 8

8.   Għandu jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri meta jiġu pprovduti servizzi governattivi f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 25(7).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.