5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi governattivi, fl-għamla ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u pjanijiet ta’ implimentazzjoni, relatati b’mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mal-għarfien tas-sitwazzjoni, mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-networks tal-komunikazzjoni diplomatika u tad-difiża, u l-ħtiġijiet ta’ utenti awtorizzati mill-gvernijiet oħra. Dawk ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-utenti tal-Programm, imfassla biex ikopru d-domanda konfermata, u għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw minn tagħmir u networks tal-utenti eżistenti u r-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi ta’ GOVSATCOM adottati f’konformità mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2021/696. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dan ir-Regolament.