+Artikolu 10 Portafoll tas-servizzi għal servizzi governattivi
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6

Artikolu 10 Portafoll tas-servizzi għal servizzi governattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dan għandu jikkonsisti tal-anqas mill-kategoriji ta’ servizzi li ġejjin u għandu jikkomplementa l-portafoll tas-servizzi ta’ GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2021/696:

(a)

servizzi ristretti għal utenti awtorizzati mill-gvernijiet ibbażati fuq infrastruttura governattiva, li jeħtieġu livell għoli ta’ sigurtà u li mhumiex adatti għas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bħal servizz robust madwar id-dinja b’latenza baxxa jew trażmissjoni robusta ta’ data spazjali;

(b)

servizz ta’ komunikazzjoni kwantistika, bħas-servizzi QKD.

Artikolu 10 2

2.   Il-portafoll tas-servizzi għal servizzi governattivi għandu jinkludi wkoll servizzi lil utenti awtorizzati mill-gvernijiet ibbażati fuq l-infrastruttura kummerċjali, bħal servizz assigurat madwar id-dinja b’latenza baxxa jew servizz narrowband madwar id-dinja.

Artikolu 10 3

3.   Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi għandu jinkludi wkoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal kull kategorija ta’ servizz, bħall-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-wisa’ tal-banda, it-tagħmir tal-utent u l-karatteristiċi ta’ sigurtà.

Artikolu 10 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fuq input mill-Istati Membri u fuq ir-rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3).

Artikolu 10 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi governattivi, fl-għamla ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u pjanijiet ta’ implimentazzjoni, relatati b’mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mal-għarfien tas-sitwazzjoni, mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-networks tal-komunikazzjoni diplomatika u tad-difiża, u l-ħtiġijiet ta’ utenti awtorizzati mill-gvernijiet oħra. Dawk ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-utenti tal-Programm, imfassla biex ikopru d-domanda konfermata, u għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw minn tagħmir u networks tal-utenti eżistenti u r-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi ta’ GOVSATCOM adottati f’konformità mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2021/696. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10 6

6.   It-termini u l-kondizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi, u r-riskji relatati, ipprovduti permezz tal-infrastruttura kummerċjali għandhom jiġu ddeterminati fil-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.