+Artikolu 11 Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti tal-Programm
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
|
Artikolu 11 Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti tal-Programm
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom ikunu parteċipanti tal-Programm peress li jawtorizzaw lill-utenti tas-servizzi governattivi jew jipprovdu kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti tal-Programm sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom u f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti f’arranġament amministrattiv konkluż bejn l-aġenzija jew il-korp ikkonċernati u l-istituzzjoni tal-Unjoni li tissorveljahom.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti tal-Programm f’konformità mal-Artikolu 39.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Kull parteċipant tal-Programm għandu jiddeżinja awtorità waħda Kompetenti għall-Konnettività Sigura.
Il-parteċipanti tal-Programm għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
ikunu wkoll parteċipanti ta’ GOVSATCOM f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/696;
|
|
(b)
|
ikunu ddeżinjaw awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 68(4) tar-Regolament (UE) 2021/696.
|
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Il-prijoritizzazzjoni ta’ servizzi governattivi bejn l-utenti awtorizzati minn kull parteċipant tal-Programm għandha tiġi determinata u implimentata minn dak il-parteċipant tal-Programm.
|
|
Artikolu 11 6
|
6. Awtorità kompetenti għall-konnettività sigura msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiżgura li:
|
(a)
|
l-użu tas-servizzi governattivi jkun f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3);
|
|
(b)
|
id-drittijiet ta’ aċċess għas-servizzi governattivi jiġu determinati u ġestiti;
|
|
(c)
|
it-tagħmir tal-utent meħtieġ għall-użu tas-servizzi governattivi u l-konnessjonijiet u l-informazzjoni ta’ komunikazzjoni elettronika assoċjati jintużaw u jiġu ġestiti f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3);
|
|
(d)
|
ikun stabbilit punt ċentrali ta’ kuntatt biex jassisti kif ikun meħtieġ fir-rapportar tar-riskji u tat-theddid għas-sigurtà, b’mod partikolari fis-sejbien ta’ interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li taffettwa s-servizzi taħt il-Programm.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|