2. Il-Programm għandu jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 0,75 biljun implimentat taħt il-Programm Orizzont Ewropa, il-komponent ta’ GOVSATCOM u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) għal ammont indikattiv massimu ta’ EUR 0,38 biljun, EUR 0,22 biljun u EUR 0,15-il biljun rispettivament. Dak il-finanzjament għandu jiġi implimentat f’konformità mal-objettivi, ir-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) 2021/695, u d-Deċiżjoni (UE) 2021/764, u r-Regolamenti (UE) 2021/696 u (UE) 2021/947.