+Artikolu 27 Rwol tal-Aġenzija
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4
---+Artikolu 27 5

Artikolu 27 Rwol tal-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   Il-kompitu proprju tal-Aġenzija għandu jkun li tiżgura, permezz tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tagħha, l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura governattiva u tas-servizzi governattivi f’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 27 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-Aġenzija, permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni wieħed jew aktar, soġġett għall-prontezza operazzjonali tal-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward ta’ livell adegwat ta’ riżorsi umani, bil-kompiti li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni operazzjonali kollha tal-infrastruttura governattiva tal-Programm jew ta’ parti minnha;

(b)

is-sigurtà operazzjonali tal-infrastruttura governattiva, inkluż l-analiżi tar-riskju u tat-theddid, il-monitoraġġ tas-sigurtà, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri operazzjonali, u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3).

(c)

il-forniment tas-servizzi governattivi, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru ta’ GOVSATCOM;

(d)

il-ġestjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19, wara l-għoti u l-iffirmar tagħhom;

(e)

il-koordinazzjoni ġenerali tal-aspetti relatati mal-utenti tas-servizzi governattivi f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mas-SEAE u ma’ entitajiet oħra;

(f)

it-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-użu mill-utenti ta’ servizzi offruti mill-Programm mingħajr ma jiġu affettwati l-attivitajiet imwettqa mill-kuntratturi taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19.

Artikolu 27 3

3.   Il-Kummissjoni tista’ tinkariga, permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni wieħed jew aktar, kompiti oħra lill-Aġenzija, abbażi tal-ħtiġijiet tal-Programm.

Artikolu 27 4

4.   Meta jiġu inkarigati attivitajiet lill-Aġenzija, għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji, umani u amministrattivi xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista’ talloka parti mill-baġit għall-attivitajiet inkarigati lill-Aġenzija għall-finanzjament tar-riżorsi umani meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 27 5

5.   B’deroga mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u soġġett għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, l-Aġenzija tista’ tinkariga, permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, bil-kondizzjonijiet ta’ ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.