+Artikolu 28 Rwol tal-ESA
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
|
Artikolu 28 Rwol tal-ESA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1
|
1. Sakemm l-interess tal-Unjoni jkun protett, l-ESA għandha, fil-qasam tal-għarfien espert tagħha, tiġi inkarigata bil-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
is-superviżjoni tal-iżvilupp, tal-validazzjoni u tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni relatati msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u tal-iżvilupp u l-evoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (e), imwettqa fil-qafas tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19, f’konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 26(4), filwaqt li tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-kompiti u l-baġit inkarigati lill-ESA skont dan l-Artikolu u l-kontribuzzjoni possibbli mill-ESA, kif imsemmija fl-Artikolu 16;
|
|
(b)
|
l-għoti tal-għarfien espert tagħha lill-Kummissjoni inkluż għat-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-Programm;
|
|
(c)
|
l-għoti ta’ appoġġ fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kuntratti konklużi skont l-Artikolu 19;
|
|
(d)
|
kompiti relatati mal-ispazju u s-segment tal-art relatat tal-EuroQCI msemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (c).
|
|
|
Artikolu 28 2
|
2. Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-Kummissjoni, l-ESA tista’ tiġi inkarigata b’kompiti oħrajn abbażi tal-ħtiġijiet tal-Programm, dment li dawk il-kompiti ma jidduplikawx l-attivitajiet imwettqa minn entità oħra fil-kuntest tal-Programm u li jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|