|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2, punt (52), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(2)
“faqar tat-trasport” tfisser l-inabbiltà jew id-diffikultà tal-individwi u tal-unitajiet domestiċi biex ilaħħqu mal-kostijiet tat-trasport privat jew pubbliku, jew in-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess limitat tagħhom għat-trasport meħtieġ għall-aċċess tagħhom għal servizzi u attivitajiet soċjoekonomiċi essenzjali, filwaqt li jitqies il-kuntest nazzjonali u spazjali;
(3)
“kostijiet totali stmati tal-Pjan” tfisser il-kostijiet totali stmati tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjan;
(4)
“allokazzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju li ma jistax jitħallas lura taħt il-Fond li huwa disponibbli għall-allokazzjoni, jew li jkun ġie allokat, lil Stat Membru;
(5)
“objettiv intermedju” tfisser kisba kwalitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;
(6)
“mira” tfisser kisba kwantitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;
(7)
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (1) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(8)
“unità domestika” tfisser unità domestika privata kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(9)
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux EUR 2 miljun, ikkalkulati f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 4 );
(10)
“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inkluż dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;
(11)
“mikrointrapriżi vulnerabbli” tfisser mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini jew mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li, għall-fini tal-attività tagħhom, ma għandhomx il-mezzi jew biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw, inkella biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku, kif rilevanti;
(12)
“utenti tat-trasport vulnerabbli” tfisser individwi u unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, iżda wkoll individwi u unitajiet domestiċi, inkluż minn dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku;
(13)
“rinnovazzjoni tal-bini” tfisser kull tip ta’ rinnovazzjoni tal-bini relatata mal-enerġija, li għandha l-għan li żżid ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-iżolament tal-involukru tal-bini, jiġifieri l-ħitan, is-saqaf, l-art u l-bdil tat-twieqi, u l-installazzjoni ta’ sistemi tekniċi tal-bini, konformi ma’ kull standard nazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inkluż billi tikkontribwixxi għar-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni);
(14)
“sistema teknika tal-bini” tfisser it-tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-misħun domestiku, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post u l-ħżin tagħha, jew għal taħlita ta’ tali tagħmir tekniku, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini;
(15)
“klijent attiv” tfisser klijent attiv kif iddefinit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(16)
“komunità tal-enerġija taċ-ċittadin” tfisser komunità tal-enerġija taċ-ċittadin kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(17)
“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(18)
“kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(19)
“vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi” tfisser vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|