+KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Objettivi
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima (il-“Fond”) għall-perjodu mill-2026 sal-2032.

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri għall-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom (“il-Pjanijiet”).

Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall-mikrointrapriżi u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(1) 

“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2, punt (52), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(2) 

“faqar tat-trasport” tfisser l-inabbiltà jew id-diffikultà tal-individwi u tal-unitajiet domestiċi biex ilaħħqu mal-kostijiet tat-trasport privat jew pubbliku, jew in-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess limitat tagħhom għat-trasport meħtieġ għall-aċċess tagħhom għal servizzi u attivitajiet soċjoekonomiċi essenzjali, filwaqt li jitqies il-kuntest nazzjonali u spazjali;

(3) 

“kostijiet totali stmati tal-Pjan” tfisser il-kostijiet totali stmati tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjan;

(4) 

“allokazzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju li ma jistax jitħallas lura taħt il-Fond li huwa disponibbli għall-allokazzjoni, jew li jkun ġie allokat, lil Stat Membru;

(5) 

“objettiv intermedju” tfisser kisba kwalitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(6) 

“mira” tfisser kisba kwantitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(7) 

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (1) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(8) 

“unità domestika” tfisser unità domestika privata kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(9) 

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux EUR 2 miljun, ikkalkulati f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 4 );

(10) 

“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inkluż dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(11) 

“mikrointrapriżi vulnerabbli” tfisser mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini jew mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li, għall-fini tal-attività tagħhom, ma għandhomx il-mezzi jew biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw, inkella biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku, kif rilevanti;

(12) 

“utenti tat-trasport vulnerabbli” tfisser individwi u unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, iżda wkoll individwi u unitajiet domestiċi, inkluż minn dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku;

(13) 

“rinnovazzjoni tal-bini” tfisser kull tip ta’ rinnovazzjoni tal-bini relatata mal-enerġija, li għandha l-għan li żżid ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-iżolament tal-involukru tal-bini, jiġifieri l-ħitan, is-saqaf, l-art u l-bdil tat-twieqi, u l-installazzjoni ta’ sistemi tekniċi tal-bini, konformi ma’ kull standard nazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inkluż billi tikkontribwixxi għar-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni);

(14) 

“sistema teknika tal-bini” tfisser it-tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-misħun domestiku, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post u l-ħżin tagħha, jew għal taħlita ta’ tali tagħmir tekniku, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini;

(15) 

“klijent attiv” tfisser klijent attiv kif iddefinit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(16) 

“komunità tal-enerġija taċ-ċittadin” tfisser komunità tal-enerġija taċ-ċittadin kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(17) 

“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(18) 

“kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(19) 

“vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi” tfisser vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

Artikolu 3 Objettivi

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.