+Artikolu 6 Il-kontenut tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.

Artikolu 6 Il-kontenut tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Il-Pjan għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a) 

miżuri u investimenti konkreti f’konformità mal-Artikolu 4 u 8 biex jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif dawk il-miżuri u investimenti jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru;

(b) 

fejn rilevanti, miżuri ta’ akkumpanjament konkreti, koerenti b’mod reċiproku u msaħħa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti u jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d);

(c) 

informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra internazzjonali, pubbliċi, tal-Unjoni jew, fejn rilevanti, privati li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż informazzjoni dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju;

(d) 

stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fuq l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari fuq l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar fit-trasport, u fuq il-mikrointrapriżi; dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif definit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu elementi u speċifiċitajiet nazzjonali, bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi, u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar milquta;

(e) 

stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;

(f) 

spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali;

(g) 

fejn il-Pjan jipprevedi miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-kriterji għall-identifikazzjoni tar-riċevituri finali eliġibbli, il-limitu ta’ żmien previst għall-miżuri inkwistjoni u l-ġustifikazzjoni tagħhom abbażi ta’ stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif dawn il-miżuri huma mistennija jnaqqsu l-faqar enerġetiku, il-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi għal żieda fil-prezz tat-trasport bit-triq u l-fjuwil għat-tisħin;

(h) 

l-objettivi intermedji previsti, il-miri u skeda ta’ żmien komprensiva indikattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Lulju 2032;

(i) 

fejn applikabbli, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ għal vetturi b’emissjonijiet baxxi;

(j) 

il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni xierqa u spjegazzjonijiet ta’ kif huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati għall-impatt mistenni tal-Pjan;

(k) 

il-kontribuzzjoni nazzjonali prevista għall-kostijiet totali stmati, ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 15;

(l) 

ħlief għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, spjegazzjoni ta’ kif il-Pjan jiżgura li l-ebda waħda mill-miżuri jew l-investimenti ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(m) 

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, l-indikaturi komuni rilevanti msemmija fl-Anness IV, u jekk l-ebda wieħed minn dawn l-indikaturi ma jkun rilevanti għal miżura jew investiment speċifiku, indikaturi individwali addizzjonali proposti mill-Istat Membru kkonċernat;

(n) 

għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika msemmi fl-Artikolu 5;

(o) 

spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru li tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess, meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, u tal-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;

(p) 

fejn applikabbli u rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati fil-Pjan;

(q) 

fejn rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti għandhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri.

Artikolu 6 2.
Il-Pjan jista’ jinkludi azzjonijiet ta’ assistenza teknika meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-miżuri u tal-investimenti.
Artikolu 6 3.

Il-Pjan għandu jkun konsistenti mal-informazzjoni inkluża u l-impenji li jittieħdu mill-Istat Membru skont dan li ġej:

(a) 

il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(b) 

il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2021/1060;

(c) 

il-pjan tiegħu għall-irkupru u r-reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241;

(d) 

il-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni);

(e) 

il-pjan nazzjonali integrat u aġġornat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999; u

(f) 

il-pjanijiet territorjali tiegħu għal tranżizzjoni ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056.

Artikolu 6 4.
Matul it-tħejjija tal-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ prattika tajba, inkluż dwar miżuri u investimenti kosteffettivi li għandhom jiġu inklużi fil-Pjanijiet. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA), stabbilita permezz ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Artikolu 6 5.
Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri, imfassla skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond, dwar il-konformità tal-miżuri u l-investimenti mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Artikolu 6 6.
Biex tassisti lill-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi valur komuni li għandu jitqies għall-prezz tal-karbonju li jirriżulta mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 6 7.
Kull Stat Membru għandu juża l-mudell stipulat fl-Anness V għall-Pjan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.