Matul it-tħejjija tal-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ prattika tajba, inkluż dwar miżuri u investimenti kosteffettivi li għandhom jiġu inklużi fil-Pjanijiet. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA), stabbilita permezz ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
).