+Artikolu 8 1.

Artikolu 8 1.

L-Istat Membru jista’ jinkludi fil-kostijiet totali stmati tal-Pjan il-miżuri u investimenti li ġejjin b’impatti dejjiema dejjem jekk huma jimmiraw prinċipalment unitajiet domestiċi vulnerabbli mikrointrapriżi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli u beħsiebhom:

(a) 

jappoġġaw rinnovazzjonijiet tal-bini, b’mod partikolari għal unitajiet domestiċi vulnerabbli u mikrointrapriżi vulnerabbli li jokkupaw il-bini bl-agħar rendiment, u inkluż għal inkwilini u persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(b) 

jappoġġaw l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż akkomodazzjoni soċjali;

(c) 

jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, bħal permezz tal-elettrifikazzjoni, tat-tisħin u t-tkessiħ tal-binjiet, u t-tisjir fihom, billi jipprovdu aċċess għal sistemi affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u billi jintegraw ġenerazzjoni u ħżin tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin u klijenti attivi oħra biex jippromwovu l-użu tal-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli, bħall-kondiviżjoni tal-enerġija u l-kummerċ bejn il-pari tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ma’ grilji intelliġenti u ma’ networks tat-tisħin distrettwali, li jikkontribwixxi għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;

(d) 

jipprovdu informazzjoni, edukazzjoni, sensibilizzazzjoni u pariri mmirati, aċċessibbli u affordabbli dwar miżuri u investimenti kosteffettivi, appoġġ disponibbli għar-rinnovazzjonijiet tal-bini u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll possibiltajiet alternattivi għall-mobbiltà u t-trasport sostenibbli u affordabbli;

(e) 

jappoġġaw lill-entitajiet pubbliċi u privati, inkluż fornituri ta’ akkomodazzjoni soċjali, b’mod partikolari kooperattivi pubbliċi-privati, fl-iżvilupp u l-forniment ta’ soluzzjonijiet affordabbli ta’ effiċjenza enerġetika u strumenti ta’ finanzjament xierqa f’konformità mal-għanijiet soċjali tal-Fond;

(f) 

jipprovdu aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero u baxxi, filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika, inkluż appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali għax-xiri tagħhom, kif ukoll għal infrastruttura pubblika u privata xierqa, b’mod partikolari, fejn rilevanti, ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi, l-infrastruttura għall-irriċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil u l-iżvilupp ta’ suq tal-vetturi użati b’emissjonijiet żero; l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li fejn vetturi b’emissjonijiet żero jkunu soluzzjoni affordabbli u li tista’ tintuża, l-appoġġ għal tali vetturi jingħata prijorità fil-Pjanijiet tagħhom;

(g) 

jinċentivaw l-użu ta’ trasport pubbliku affordabbli u aċċessibbli u jappoġġaw lil entitajiet privati u pubbliċi, inkluż kooperattivi, fl-iżvilupp u l-forniment ta’ mobbiltà sostenibbli fuq talba, servizzi ta’ mobbiltà kondiviża u għażliet ta’ mobbiltà attiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.