+Artikolu 10 Riżorsi tal-Fond
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Riżorsi tal-Fond
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Ammont massimu ta’ EUR 65 000 000 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2032 fi prezzijiet attwali għandu jkun disponibbli, f’konformità mal-10a(8b), 30d(3) u 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-implimentazzjoni tal-Fond. Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4), is-sitt subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. L-ammonti annwali allokati għall-Fond, fil-limitu tal-ammont massimu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, m’għandhomx jaqbżu l-ammonti msemmija fl-Artikolu 30d(4), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva, l-ammont massimu li għandu jkun disponibbli għall-Fond għandu jkun ta’ EUR 54 600 000 000 u l-ammonti annwali allokati għall-Fond m’għandhomx jaqbżu l-ammonti rispettivi msemmija fl-Artikolu 30d(4), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
Artikolu 10 2.
|
B’deroga mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkopru l-ammont massimu rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru disponibbli awtomatikament fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, mill-1 ta’ Jannar 2026, sal-ammonti annwali applikabbli rilevanti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż li jappartjenu għal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Fond u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni inklużivi, u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, mal-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, mal-għodod korporattivi tal--IT, u mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Fond. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet ta’ sostenn oħrajn, bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post u l-kostijiet ta’ konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|