+Artikolu 16 Valutazzjoni tal-Kummissjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
|
Artikolu 16 Valutazzjoni tal-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan u, fejn applikabbli, kull emenda għal dak il-Pjan ippreżentata minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 18, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew titlob aktar informazzjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-Pjan mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-Pjan jekk meħtieġ, inkluż wara l-preżentazzjoni tal-Pjan. L-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli jekk meħtieġ.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-trasferimenti mitluba f’konformità mal-Artikolu 11 jissodisfawx l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan, filwaqt li tqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru, kif ġej:
(a)
għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-Pjan jirrappreżentax tweġiba xierqa għall-impatt soċjali fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, u l-isfidi ffaċċjati minnhom, fl-Istat Membru kkonċernat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fil-kuntest tal-miri għall-klima u l-enerġija tal-Unjoni għall-2030 objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni mhux aktar tard mill-2050;
(ii)
jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-miżuri u investimenti inklużi fil-Pjan ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u jekk il-Pjan jgħinx biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;
(iii)
jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-impatti u l-isfidi soċjali li jirriżultaw minnha u b’mod partikolari għall-kisba tal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-istadji importanti tal-2030 tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti;
(b)
għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-Pjan huwiex mistenni li jkollu impatt dejjiemi fl-Istat Membru fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan, f’konformità mal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u b’mod partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport;
(ii)
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;
(iii)
jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija (riformulazzjoni), id-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva (UE) 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) u d-Direttiva 2010/31/UE; u
(iv)
jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru jrawmux il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza mal-istrumenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(3).
(c)
għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata mal-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni, filwaqt li tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet nazzjonali li jistgħu jħallu impatt fuq il-kostijiet ipprovduti fil-Pjan;
(ii)
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jipprevjenu, isibu u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, inkluż l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u programmi oħrajn tal-Unjoni;
(iii)
jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti, fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;
(d)
għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|