|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan, filwaqt li tqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru, kif ġej:
(a)
għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-Pjan jirrappreżentax tweġiba xierqa għall-impatt soċjali fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, u l-isfidi ffaċċjati minnhom, fl-Istat Membru kkonċernat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fil-kuntest tal-miri għall-klima u l-enerġija tal-Unjoni għall-2030 objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni mhux aktar tard mill-2050;
(ii)
jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-miżuri u investimenti inklużi fil-Pjan ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u jekk il-Pjan jgħinx biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;
(iii)
jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-impatti u l-isfidi soċjali li jirriżultaw minnha u b’mod partikolari għall-kisba tal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-istadji importanti tal-2030 tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti;
(b)
għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-Pjan huwiex mistenni li jkollu impatt dejjiemi fl-Istat Membru fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan, f’konformità mal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u b’mod partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport;
(ii)
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;
(iii)
jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija (riformulazzjoni), id-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva (UE) 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u d-Direttiva 2010/31/UE; u
(iv)
jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru jrawmux il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza mal-istrumenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(3).
(c)
għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(i)
jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata mal-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni, filwaqt li tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet nazzjonali li jistgħu jħallu impatt fuq il-kostijiet ipprovduti fil-Pjan;
(ii)
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jipprevjenu, isibu u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, inkluż l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u programmi oħrajn tal-Unjoni;
(iii)
jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti, fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;
(d)
għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|