+Artikolu 18 Emenda tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.

Artikolu 18 Emenda tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Fejn Pjan ma jkunx għadu jista’ jinkiseb, inkluż l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti, jew ikun jeħtieġ li jiġi aġġustat konsiderevolment, jew kompletament inkella parzjalment, minn Stat Membru minħabba ċirkostanzi oġġettivi, b’mod partikolari minħabba l-effetti diretti attwali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni Pjan emendat sabiex jinkludi l-bidliet meħtieġa u debitament ġustifikati. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku, f’konformità mal-Artikolu 11(4), għat-tħejjija tal-Pjan emendat.
Artikolu 18 2.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan emendat f’konformità mal-Artikolu 16.
Artikolu 18 3.
Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva tal-Pjan emendat, hija għandha, f’konformità mal-Artikolu 17(1), tadotta deċiżjoni li tagħti r-raġunijiet għall-valutazzjoni pożittiva tagħha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. B’deroga mill-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni skont dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-Pjan emendat mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 18 4.
Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva tal-Pjan emendat, hija għandha tirrifjuta l-Pjan emendat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjan emendat.
Artikolu 18 5.
Sal-15 ta’ Marzu 2029, kull Stat Membru għandu jivvaluta l-adegwatezza tal-Pjan tiegħu bil-ħsieb tal-effetti diretti proprja tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni flimkien mar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 18 6.
Fil-każ ta’ aġġustamenti minuri għall-Pjan, li jirrappreżentaw żieda jew tnaqqis ta’ inqas minn 5 % tal-mira stabbilita fil-Pjan, pereżempju aġġornamenti żgħar fil-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjan, jew il-korrezzjoni ta’ żbalji klerikali, l-Istat Membru għandu jinnotifika tali bidliet lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.