|
+Artikolu 21 2. |
Artikolu 21 2.Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 19 għandhom jipprevedu l-obbligi li ġejjin tal-Istati Membri:
(a)
li jikkontrollaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut ikun intuża kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura jew investiment taħt il-Pjan ikunu ġew implimentati kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess;
(b)
li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess kif definiti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw fondi li jkunu ġew miżapproprjati, inkluż b’rabta ma’ kwalunkwe miżura jew investiment implimentati taħt il-Pjan;
(c)
li jakkumpanjaw talba għal ħlas:
(i)
b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li l-allokazzjonijiet finanzjarji ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għal ħlas hija kompluta, preċiża u affidabbli, u li s-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet meħtieġa li l-allokazzjonijiet finanzjarji ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; u
(ii)
b’taqsira tal-awditi mwettqa f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-awditi f’termini tal-ammont ta’ nfiq kopert u l-perjodu ta’ żmien kopert u l-analiżi tad-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;
(d)
għall-fini tal-awditjar u l-kontroll u biex tiġi prevista informazzjoni komparabbli dwar l-użu ta’ allokazzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-miżuri u l-investimenti implimentati taħt il-Pjan, li jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika u jiżguraw l-aċċess għall-kategoriji standardizzati ta’ data li ġejjin:
(i)
l-isem tar-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji, in-numri tar-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom jew in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja mill-Fond;
(ii)
l-isem tal-kuntrattur(i) u tas-sottokuntrattur(i) u n-numru/i tar-reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-valur tal-kuntratt(i) fejn ir-riċevitur finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji jkun awtorità kontraenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku;
(iii)
l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data/dati tat-twelid u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, tas-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevitur tal-allokazzjonijiet finanzjarji jew tal-kuntrattur, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
(iv)
lista ta’ kwalunkwe miżura u investiment implimentati taħt il-Fond bl-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku ta’ dawk il-miżuri u l-investimenti u li tindika l-ammont ta’ fondi mħallsa taħt fondi oħra ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;
(e)
li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u biex jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha tal-allokazzjonijiet finanzjarji mħallsa għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan, jew lill-persuni jew l-entitajiet l-oħrajn kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u biex jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati;
(f)
li jżommu rekords skont l-Artikolu 132 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, bil-punt ta’ referenza jkun it-tranżazzjoni tal-ħlas rilevanti għall-miżura jew investiment rispettivi. L-informazzjoni msemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandha tkun meħtieġa biss meta l-valur tal-akkwist pubbliku jkun akbar mil-limiti tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). Fir-rigward ta’ sottokuntratturi, dik l-informazzjoni għandha tkun meħtieġa biss:
(a)
għall-ewwel livell ta’ sottokuntrattar;
(b)
meta dik l-informazzjoni tkun irreġistrata fir-rigward tal-kuntrattur rispettiv; u
(c)
għal sottokuntratti b’valur totali ta’ aktar minn EUR 50 000 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|