+Artikolu 19 Rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.

Artikolu 19 Rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Il-Kummissjoni għandu jkollha r-rwol ta’ sorveljanza fir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM.
Artikolu 19 2.
Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina d-dikjarazzjonijiet CBAM, bi qbil mal-istrateġija ta’ rieżami, inklużi l-fatturi tar-riskju, fil-perjodu li jintemm bir-raba’ sena wara s-sena li fiha kellhom jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet CBAM.

Ir-rieżami jista’ jikkonsisti fil-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM u fir-rapporti ta’ verifika fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 25, kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe awditu li jitqies meħtieġ, inkluż fil-bini tad-dikjarant awtorizzat CBAM.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-bidu u r-riżultati tar-rieżami lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM, permezz tar-reġistru CBAM.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM tista’ tirrieżamina wkoll dikjarazzjoni CBAM fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-bidu u r-riżultati ta’ rieżami lill-Kummissjoni, permezz tar-reġistru CBAM.

Artikolu 19 3.
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tiddefinixxi l-fatturi tar-riskju u l-punti ta’ attenzjoni speċifiċi, abbażi ta’ analiżi tar-riskji b’rabta mal-implimentazzjoni tas-CBAM fil-livell tal-Unjoni, b’kont meħud tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru CBAM, id-data kkomunikata mill-awtoritajiet doganali, u sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħrajn, inkluż il-kontrolli u l-verifiki mwettqa skont l-Artikoli 15(2) u l-Artikolu 25.

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti dwar attivitajiet frawdolenti, dwar il-konklużjonijiet milħuqa skont l-Artikolu 25a u dwar il-penali imposti f’konformità mal-Artikolu 26.

Artikolu 19 4.
Meta dikjarant awtorizzat CBAM jonqos milli jippreżenta dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 6, jew meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rieżami tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li l-għadd dikjarat ta’ ċertifikati CBAM ma jkunx korrett, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-obbligi skont dan ir-Regolament ta’ dan id-dikjarant awtorizzat CBAM fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kalkolu preliminari tal-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li kellhom jiġu ċeduti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena wara dik li fiha kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni CBAM, jew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tar-raba’ sena ta’ wara dik li fiha d-dikjarazzjoni CBAM żbaljata tkun ġiet ippreżentata kif applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tali kalkolu preliminari, għal skopijiet indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-kalkolu definittiv stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM.
Artikolu 19 5.
Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-għadd iddikjarat ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti ma jkunx korrett, jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 6, hija għandha tiddetermina l-għadd taċ-ċertifikati CBAM li kellhom jiġu ċeduti mid-dikjarant awtorizzat CBAM, b’kont meħud tal-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM bid-deċiżjoni tagħha dwar l-għadd determinat ta’ ċertifikati CBAM u għandha titlob li d-dikjarant awtorizzat CBAM iċedi ċ-ċertifikati CBAM addizzjonali fi żmien xahar.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandu jkun fiha r-raġunijiet għad-deċiżjoni kif ukoll informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata wkoll permezz tar-reġistru CBAM.

Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-kalkolu preliminari mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu, tiddeċiedi li ma tieħu l-ebda azzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan, permezz tar-reġistru CBAM.

Artikolu 19 6.
Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM ċeduti jaqbeż l-għadd li kellu jiġi ċedut, hija għandha, tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Iċ-ċertifikati CBAM ċeduti żejda għandhom jinxtraw mill-ġdid f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 23.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.