|
+Artikolu 26 4. |
Artikolu 26 4.Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina, inkluż fid-dawl ta’ kalkoli preliminari mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 19, li dikjarant awtorizzat CBAM ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew li persuna tkun introduċiet oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi skont dan ir-Regolament kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali skont il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, kif applikabbli. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM jew, meta japplika l-paragrafu 2, lill-persuna:
(a)
li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament;
(b)
bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;
(c)
bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat CBAM jew fuq il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(d)
bid-data minn meta l-penali hija dovuta;
(e)
bl-azzjoni li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu biex iħallsu l-penali; u
(f)
bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat CBAM jew tal-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jappellaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|