+Artikolu 26 Penali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 1a.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 2a.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 4a.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
|
Artikolu 26 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Dikjarant awtorizzat CBAM li, sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, jonqos milli jċedi l-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati matul is-sena kalendarja preċedenti għandu jeħel il-ħlas ta’ penali. Tali penali għandha tkun identika għall-penali ta’ emissjonijiet żejda stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u miżjuda skont l-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, applikabbli fis-sena tal-importazzjoni tal-oġġetti. Tali penali għandha tapplika għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx ċeda.
|
|
Artikolu 26 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta dikjarant awtorizzat CBAM jonqos milli jċedi l-għadd korrett ta’ ċertifikati CBAM b’riżultat ta’ informazzjoni skorretta pprovduta minn parti terza, jiġifieri operatur, verifikatur jew persuna indipendenti li tiċċertifika d-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 9(2), l-awtorità kompetenti tista’ tnaqqas il-penali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-penali hekk imposta għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva, u għandha tqis b’mod partikolari, id-durata, il-gravità, il-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura intenzjonali jew i r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità jew il-livell ta’ kooperazzjoni tad-dikjarant awtorizzat CBAM mal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Meta persuna għajr dikjarant awtorizzat CBAM tintroduċi oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tikkonforma mal-obbligi skont dan ir-Regolament, dik il-persuna għandha teħel il-ħlas ta’ penali. Tali penali għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u għandha, partikolarment skont id-durata, il-gravità, il-portata, in-natura intenzjonali u r-ripetizzjoni ta’ tali nuqqas ta’ konformità u l-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna mal-awtorità kompetenti, tkun ammont ta’ bejn tlieta u ħames darbiet il-penali msemmija fil-paragrafu 1, applikabbli fis-sena tal-introduzzjoni tal-oġġetti, għal kull ċertifikat CBAM li l-persuna ma tkunx ċediet.
|
|
Artikolu 26 2a.
|
Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-importaturi għajr id-dikjaranti awtorizzati CBAM, meta jaqbżu s-soll uniku bbażat fuq il-massa. Għal dak il-fini, l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati minn tali importatur fis-sena kalendarja rilevanti għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom. Il-ħlas tal-penali għandu jeħles lill-importatur mill-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni CBAM u li jċedi ċ-ċertifikati CBAM fir-rigward ta’ dawk l-importazzjonijiet. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tnaqqas il-penali prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta importatur ikun qabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa b’mhux aktar minn 10 % ta’ dak is-soll jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(7a). Tali penali għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u ma għandhiex tkun anqas mill-penali prevista fil-paragrafu 1. Il-ħlas tal-penali għandu jeħles lill-importatur mill-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni CBAM u li jċedi ċ-ċertifikati CBAM fir-rigward ta’ dawk l-importazzjonijiet.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Il-pagament tal-penali f’konformità mal-paragrafi 1 u 1a ma għandux jeħles lid-dikjarant awtorizzat CBAM mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta’ ċertifikati CBAM f’sena partikolari.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina, inkluż fid-dawl ta’ kalkoli preliminari mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 19, li dikjarant awtorizzat CBAM ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew li persuna tkun introduċiet oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi skont dan ir-Regolament kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali skont il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, kif applikabbli. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM jew, meta japplika l-paragrafu 2, lill-persuna:
(a)
li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament;
(b)
bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;
(c)
bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat CBAM jew fuq il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(d)
bid-data minn meta l-penali hija dovuta;
(e)
bl-azzjoni li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu biex iħallsu l-penali; u
(f)
bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat CBAM jew tal-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jappellaw.
|
|
Artikolu 26 4a.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkalkula l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li kellhom jiġu ċeduti, abbażi tal-massa netta tal-oġġetti importati u b’referenza għall-emissjonijiet integrati ddeterminati b’valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV u filwaqt li jitqies l-aġġustament għall-allokazzjoni bla ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 31.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Meta l-penali ma tkunx tħallset sad-data tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (d), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-ħlas ta’ dik il-penali bil-mezzi kollha disponibbli għaliha skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 26 6.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet dwar il-penali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u għandhom jirreġistraw il-ħlas finali msemmi fil-paragrafu 5 fir-reġistru CBAM.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|