+Artikolu 6 Restrizzjonijiet fuq sustanzi
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Restrizzjonijiet fuq sustanzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Minbarra r-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE, il-batteriji ma għandux ikun fihom sustanzi li għalihom l-Anness I għal dan ir-Regolament fih restrizzjoni, sakemm ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet ta’ dik ir-restrizzjoni.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Fil-każ ta’ riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jirriżulta mill-użu ta’ sustanza fil-manifattura tal-batteriji, jew mill-preżenza ta’ sustanza fil-batteriji meta jitqiegħdu fis-suq, jew li jiżviluppaw matul l-istadji sussegwenti taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż matul l-adattament għal skop differenti jew matul it-trattament jew ir-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji, li mhux ikkontrollat b’mod adegwat u jeħtieġ li jiġi indirizzat madwar l-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda r-restrizzjonijiet fl-Anness I, skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 86, 87 u 88.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Ir-restrizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-użu ta’ sustanza fir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (23), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, imwettqa b’rabta mal-batteriji.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Meta restrizzjoni adottata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tapplikax għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dik l-eżenzjoni, kif ukoll il-kwantità massima tas-sustanza eżentata, għandhom jiġu speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“l-Aġenzija”), għandha tħejji rapport dwar is-sustanzi ta’ tħassib, jiġifieri sustanzi li jkollhom effett ħażin fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent jew li jxekklu r-riċiklaġġ għal materja prima sekondarja sigura u ta’ kwalità għolja, preżenti fil-batteriji jew użati fil-manifattura tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-dettalji tas-sejbiet tagħha u għandha tikkunsidra l-miżuri ta’ segwitu xierqa inkluż l-adozzjoni ta’ atti delegati kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|