|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji LMT għandu jkollhom tikketta li tidher sew, tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika l-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) u tiddikjara l-klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha jikkorrispondi l-mudell rilevanti tal-batterija għal kull impjant tal-manifattura. Għal batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li l-impronta tal-karbonju ddikjarata u l-klassifikazzjoni relatata fi klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju jkunu ġew ikkalkolati f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a) u r-raba’ subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu. Ir-rekwiżiti tal-klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw minn:
(a)
It-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
(b)
It-18 ta’ Awwissu 2027 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
(c)
It-18 ta’ Frar 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
(d)
It-18 ta’ Frar 2032 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna. Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna, it-18 ta’ Awwissu 2028 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Awwissu 2030 għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna, tadotta:
(a)
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II;
(b)
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-formati għat-tikkettar imsemmi fl-ewwel subparagrafu u l-format għad-dikjarazzjoni dwar il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija f’dak is-subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II, tirrieżamina l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u l-limiti bejniethom, kull tliet snin u, fejn xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u limiti bejniethom bil-għan li żżommhom rappreżentattivi tar-realtà tas-suq u l-iżviluppi mistennija fis-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|