+Artikolu 7 L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji LMT
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
|
Artikolu 7 L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji LMT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji LMT, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju, għal kull mudell ta’ batterija għal kull impjant tal-manifattura, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fir-raba’ subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni amministrattiva dwar il-manifattur;
(b)
informazzjoni dwar il-mudell tal-batterija;
(c)
informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tal-impjant tal-manifattura tal-batteriji;
(d)
l-impronta tal-karbonju tal-batterija, ikkalkulata bħala kg ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull kWh tal-enerġija totali pprovduta mill-batterija tul il-ħajja operattiva mistennija tagħha;
(e)
l-impronta tal-karbonju tal-batterija differenzjata skont l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja kif deskritt fil-punt 4 tal-Anness II;
(f)
in-numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-batterija;
(g)
link għall-web li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa l-valuri tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-punti (d) u (e).
Id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha tapplika minn:
(a)
It-18 ta’ Frar 2025 jew 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
(b)
It-18 ta’ Frar 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
(c)
It-18 ta’ Awwissu 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
(d)
It-18 ta’ Awwissu 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna.
Sakemm issir aċċessibbli permezz tal-kodiċi QR imsemmi fl-Artikolu 13(6), id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha takkumpanja l-batterija. Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2027 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2029 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta:
(a)
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), f’konformità mal-elementi essenzjali stipulati fl-Anness II;
(b)
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji LMT għandu jkollhom tikketta li tidher sew, tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika l-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) u tiddikjara l-klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju li għaliha jikkorrispondi l-mudell rilevanti tal-batterija għal kull impjant tal-manifattura. Għal batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li l-impronta tal-karbonju ddikjarata u l-klassifikazzjoni relatata fi klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju jkunu ġew ikkalkolati f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a) u r-raba’ subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu. Ir-rekwiżiti tal-klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw minn:
(a)
It-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
(b)
It-18 ta’ Awwissu 2027 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
(c)
It-18 ta’ Frar 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
(d)
It-18 ta’ Frar 2032 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna, it-18 ta’ Awwissu 2028 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Awwissu 2030 għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna, tadotta:
(a)
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II;
(b)
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-formati għat-tikkettar imsemmi fl-ewwel subparagrafu u l-format għad-dikjarazzjoni dwar il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija f’dak is-subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II, tirrieżamina l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u l-limiti bejniethom, kull tliet snin u, fejn xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u limiti bejniethom bil-għan li żżommhom rappreżentattivi tar-realtà tas-suq u l-iżviluppi mistennija fis-suq.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Għal batteriji ta’ vetturi elettriċi, batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh u batteriji LMT, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-mudell ta’ batterija rilevanti għal kull impjant ta’ manifattura, ikun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat skont it-tielet subparagrafu. Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika minn:
(a)
It-18 ta’ Frar 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi;
(b)
It-18 ta’ Frar 2029 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern;
(c)
It-18 ta’ Awwissu 2031 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji LMT;
(d)
It-18 ta’ Awwissu 2033 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli bi ħżin estern.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2028 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2030 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2032 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fil-punt 9 tal-Anness II. L-introduzzjoni ta’ limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-estensjoni tar-rekwiżiti f’dan l-Artikolu għall-batteriji portabbli, u r-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ 2 kWh jew anqas. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal batterija li tkun ġiet soġġetta għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid, jekk il-batterija kienet diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz qabel ma għaddiet minn dawn l-operazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|