+Artikolu 8 Kontenut riċiklat f’batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, batteriji LMT u batteriji SLI
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.

Artikolu 8 Kontenut riċiklat f’batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, batteriji LMT u batteriji SLI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Mit-18 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema jiġi l-aħħar, batteriji industrijali, b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji ta’ vetturi elettriċi u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni li fiha informazzjoni dwar is-sehem perċentwali ta’ kobalt, litju jew nikil li huwa preżenti f’materjali attivi u li ġie rkuprat mill-iskart tal-manifattura tal-batteriji jew mill-iskart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali ta’ ċomb irkuprat li huwa preżenti fil-batteriji u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija għal kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2033 għall-batteriji LMT li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi.

Sat-18 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi, għall-batteriji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem perċentwali ta’ kobalt, litju jew nikil li huwa preżenti f’materjali attivi u li ġie rkuprat mill-iskart tal-manifattura tal-batteriji jew mill-iskart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batteriji u li ġie rkuprat mill-iskart u l-format għad-dokumentazzjoni.

Artikolu 8 2.

Mit-18 ta’ Awwissu 2031, għal batteriji industrijali b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li dawk il-batteriji fihom, f’materjali attivi, is-sehem perċentwali minimu segwenti ta’ kobalt, litju jew nikil, rispettivament, li ġie rkuprat minn skart tal-manifattura tal-batteriji jew skart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali minimu ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batterija u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija għal kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura:

(a) 

16 % kobalt;

(b) 

85 % ċomb;

(c) 

6 % litju;

(d) 

6 % nikil.

Artikolu 8 3.

Mit-18 ta’ Awwissu 2036, għal batteriji industrijali b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji tal-vetturi elettriċi, batteriji LMT u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li dawk il-batteriji fihom, f’materjali attivi, is-sehem perċentwali minimu segwenti ta’ kobalt, ċomb, litju jew nikil, rispettivament, li ġie rkuprat minn skart tal-manifattura tal-batteriji jew skart ta’ wara l-konsum, u s-sehem minimu perċentwali ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batterija u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura:

(a) 

26 % kobalt;

(b) 

85 % ċomb;

(c) 

12 % litju;

(d) 

15 % nikil.

Artikolu 8 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-batteriji li jkunu ġew soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid, jekk il-batteriji kienu diġà tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel ma għaddew minn dawn l-operazzjonijiet.
Artikolu 8 5.
Wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont il-paragrafu 1, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minħabba d-disponibbiltà eżistenti, u d-disponibbiltà prevista għall-2030 u l-2035, tal-kobalt, iċ-ċomb, il-litju jew in-nikil irkuprat mill-iskart, jew in-nuqqas tiegħu, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, huwiex xieraq li jiġu riveduti l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

Fejn ġustifikat u xieraq abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-ewwel subparagrafu jew minħabba bidliet konsiderevoli oħra fit-teknoloġija tal-batteriji li jkollhom impatt fuq it-tip ta’ materjali rkuprati, il-Kummissjoni għandha tadotta sat-18 ta’ Awwissu 2029, att delegat f’konformità mal-Artikolu 89, biex temenda l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 8 6.
Fejn ġustifikat u xieraq minħabba żviluppi fis-suq fil-kimika tal-batteriji li jkollhom impatt fuq it-tip ta’ materjali li jistgħu jiġu rkuprati, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89, biex temenda dan ir-Regolament billi żżid materjali oħra għajr il-kobalt, iċ-ċomb, il-litju u n-nikil, b’ishma minimi speċifiċi ta’ kontenut riċiklat għal kull materjal speċifiku fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.