+Artikolu 8 1.
|
Artikolu 8 1.
Mit-18 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema jiġi l-aħħar, batteriji industrijali, b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji ta’ vetturi elettriċi u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni li fiha informazzjoni dwar is-sehem perċentwali ta’ kobalt, litju jew nikil li huwa preżenti f’materjali attivi u li ġie rkuprat mill-iskart tal-manifattura tal-batteriji jew mill-iskart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali ta’ ċomb irkuprat li huwa preżenti fil-batteriji u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija għal kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura. L-ewwel subparagrafu għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2033 għall-batteriji LMT li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi. Sat-18 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi, għall-batteriji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem perċentwali ta’ kobalt, litju jew nikil li huwa preżenti f’materjali attivi u li ġie rkuprat mill-iskart tal-manifattura tal-batteriji jew mill-iskart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batteriji u li ġie rkuprat mill-iskart u l-format għad-dokumentazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|