+Artikolu 10 Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u ta’ durabbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli, batteriji LMT u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.

Artikolu 10 Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u ta’ durabbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli, batteriji LMT u l-batteriji tal-vetturi elettriċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Mit-18 ta’ Awwissu 2024, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh, il-batteriji LMT, u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li jinkludi l-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV.

Għall-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha tinkludi spjegazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, tal-istandards u tal-kondizzjonijiet użati għall-kejl, il-kalkolu jew l-istima tal-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà. Dik l-ispjegazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, l-elementi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IV.

Artikolu 10 2.
Mit-18 ta’ Awwissu 2027 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, skont liema jiġi l-aħħar, batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, għandhom jissodisfaw il-valuri minimi stipulati fl-att delegat adottat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
Artikolu 10 3.
Mit-18 ta’ Awwissu 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, skont liema jiġi l-aħħar, batteriji LMT għandhom jissodisfaw il-valuri minimi stipulati fl-att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fil-Parti A tal-Anness IV.
Artikolu 10 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal batterija li tkun ġiet soġġetta għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid, meta l-operatur ekonomiku li jqiegħed dik il-batterija fis-suq jew fis-servizz juri li l-batterija, qabel ma għaddiet minn tali operazzjonijiet, tkun tqiegħdet fis-suq jew iddaħħlet fis-servizz qabel id-dati li fihom dawk l-obbligi jsiru applikabbli f’konformità ma’ dawk il-paragrafi.
Artikolu 10 5.
Sat-18 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex issupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jinkisbu mill-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern.

Sat-18 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex issupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jinkisbu mill-batteriji LMT.

Fit-tħejjija tal-atti delegati imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, u tal-batteriji LMT, u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta’ dawk il-batteriji jew l-apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tagħhom u l-kompetittività tal-industrija.

Artikolu 10 6.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness IV fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku u xjentifiku, inkluż, b’mod partikolari, b’rabta mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Grupp ta’ Ħidma informali tal-UNECE dwar il-Vetturi Elettriċi u l-Ambjent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.