+Artikolu 11 Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli u l-batteriji LMT jinqalgħu u jiġu sostitwiti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
|
Artikolu 11 Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli u l-batteriji LMT jinqalgħu u jiġu sostitwiti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli għandha tiżgura li dawk il-batteriji jkunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent aħħari fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-prodott. Dak l-obbligu għandu japplika biss għall-batteriji sħaħ u mhux għaċ-ċelluli individwali jew għal partijiet oħra inklużi f’tali batteriji. Batterija portabbli għandha titqies li tista’ titneħħa mill-utent aħħari meta tkun tista’ titneħħa minn prodott bl-użu ta’ għodod disponibbli kummerċjalment, mingħajr il-ħtieġa tal-użu ta’ għodod speċjalizzati, sakemm ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas mal-prodott, għodod proprjetarji, enerġija termali jew solventi li jżarmaw il-prodott. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza dwar l-użu, it-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji. Dawk l-istruzzjonijiet u dik l-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom ikunu disponibbli b’mod permanenti online fuq sit web disponibbli għall-pubbliku b’mod li jinftiehem faċilment għall-utenti finali. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem relatata mat-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji portabbli mill-utenti finali stipulata fi kwalunkwe liġi tal-Unjoni dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2012/19/UE.
|
|
Artikolu 11 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, il-prodotti li ġejjin li jinkorporaw batteriji portabbli jistgħu jiġu ddisinjati b’tali mod li l-batterija tkun tista’ titneħħa u tiġi sostitwita biss minn professjonisti indipendenti:
(a)
apparat iddisinjat speċifikament biex jaħdem primarjament f’ambjent li huwa regolarment soġġett għat-titjir tal-ilma, flussi tal-ilma jew immersjoni tal-ilma, u li huwa maħsub biex ikun jista’ jinħasel jew jitlaħlaħ;
(b)
apparati mediċi professjonali ta’ immaġni u radjoterapija, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/746.
Id-deroga stipulata fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli biss meta tali deroga tkun meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utent u tal-apparat.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw meta l-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun meħtieġa u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn il-prodott u l-batterija portabbli rispettiva biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utent u tal-apparat jew, għal prodotti li jiġbru u jipprovdu data bħala l-funzjoni ewlenija tagħhom, għal raġunijiet ta’ integrità tad-data.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid aktar prodotti li għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta’ tneħħija u sostitwibbiltà stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali atti delegati għandhom jiġu adottati biss minħabba l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku u xjentifiku, u dment li jkun hemm tħassib ibbażat xjentifikament dwar is-sikurezza tal-utenti finali li jneħħu jew jissostitwixxu l-batterija portabbli, jew f’każijiet fejn hemm riskju li t-tneħħija jew is-sostituzzjoni tal-batterija mill-utenti finali tkun tikser kwalunkwe rekwiżit tas-sikurezza tal-prodotti previst mil-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji LMT għandha tiżgura li dawk il-batteriji, kif ukoll iċ-ċelluli individwali tal-batteriji inklużi fil-pakkett tal-batteriji, ikunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment minn professjonist indipendenti fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-prodott.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Għall-fini tal-paragrafi 1 u 5, batterija portabbli jew batterija LMT għandha titqies li tkun tista’ tinbidel faċilment meta, wara li titneħħa minn apparat jew mezz ta’ trasport ħafif, hija tkun tista’ tiġi sostitwita minn batterija kompatibbli oħra mingħajr ma jiġu affettwati l-funzjonament, il-prestazzjoni jew is-sikurezza ta’ dak l-apparat jew mezzi ta’ trasport ħfief.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli jew batteriji LMT għandha tiżgura li dawk il-batteriji huma disponibbli bħala spare parts tat-tagħmir li jħaddmu għal minimu ta’ ħames snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell tat-tagħmir, bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-professjonisti indipendenti u għall-utenti finali.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Is-software ma għandux jintuża biex jimpedixxi s-sostituzzjoni ta’ batterija portabbli jew ta’ batterija LMT, jew tal-komponenti ewlenin tagħhom, b’batterija kompatibbli oħra jew komponenti ewlenin oħra.
|
|
Artikolu 11 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|