+Artikolu 11 1.

Artikolu 11 1.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli għandha tiżgura li dawk il-batteriji jkunu jistgħu jitneħħew u jinbidlu faċilment mill-utent aħħari fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-prodott. Dak l-obbligu għandu japplika biss għall-batteriji sħaħ u mhux għaċ-ċelluli individwali jew għal partijiet oħra inklużi f’tali batteriji.

Batterija portabbli għandha titqies li tista’ titneħħa mill-utent aħħari meta tkun tista’ titneħħa minn prodott bl-użu ta’ għodod disponibbli kummerċjalment, mingħajr il-ħtieġa tal-użu ta’ għodod speċjalizzati, sakemm ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas mal-prodott, għodod proprjetarji, enerġija termali jew solventi li jżarmaw il-prodott.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza dwar l-użu, it-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji. Dawk l-istruzzjonijiet u dik l-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom ikunu disponibbli b’mod permanenti online fuq sit web disponibbli għall-pubbliku b’mod li jinftiehem faċilment għall-utenti finali.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem relatata mat-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji portabbli mill-utenti finali stipulata fi kwalunkwe liġi tal-Unjoni dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2012/19/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.