+Artikolu 14 Informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
|
Artikolu 14 Informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Mit-18 ta’ Awwissu 2024, data aġġornata għall-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u t-tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji kif stipulat fl-Anness VII għandha tkun inkluża fis-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija tas-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji, il-batteriji LMT u l-batteriji tal-vetturi elettriċi.
|
|
Artikolu 14 2.
|
L-aċċess ta’ qari biss għad-data għall-parametri stipulati fl-Anness VII permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur tal-batterija, fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun xtrat il-batterija legalment, inkluż operaturi indipendenti jew operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta’:
(a)
it-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni ta’ aggregaturi indipendenti jew parteċipanti fis-suq permezz tal-ħżin tal-enerġija;
(b)
l-evalwazzjoni tal-valur residwu jew tal-ħajja li jifdal tal-batterija u l-kapaċità għal użu ulterjuri, abbażi tal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batterija;
(c)
l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, tal-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, tal-adattament għal skop differenti, tal-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
|
|
Artikolu 14 3.
|
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija għandha tinkludi funzjoni ta’ risettjar tas-software, f’każ li l-operaturi ekonomiċi li jwettqu l-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti jew il-manifattura mill-ġdid ikollhom bżonn itellgħu software differenti tas-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija. Jekk tintuża l-funzjoni ta’ risettjar tas-software, il-manifattur tal-batterija oriġinali ma għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur tas-sikurezza jew tal-funzjonalità tal-batterija li jista’ jiġi attribwit għal software tas-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija mtella’ wara li dik il-batterija tkun tqiegħdet fis-suq.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tal-ħajja mistennija tal-batteriji stipulati fl-Anness VII fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku u xjentifiku u biex tiżgura sinerġiji mal-parametri stabbiliti fir-Regolament Tekniku Globali Nru 22 tan-NU dwar id-Durabbiltà tal-Batteriji fil-Vetturi Elettrifikati, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur tal-batteriji.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stipulati fil-liġi tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|