+Artikolu 29 Proċedura ta’ notifika
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.

Artikolu 29 Proċedura ta’ notifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Awtorità tan-notifika għandha tinnotifika biss lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
Artikolu 29 2.
L-awtorità tan-notifika għandha tibgħat notifika lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tan-notifika tal-Istati Membri l-oħrajn dwar kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1 bl-użu tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.
Artikolu 29 3.
In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità jew tal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 48(2) u l-Artikolu 51, u tal-kategoriji tal-batteriji kkonċernati u l-attestazzjoni tal-kompetenza rilevanti.
Artikolu 29 4.
Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 28(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’evidenza dokumentarja li tiċċertifika l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li dak il-korp ser jiġi ssorveljat regolarment u ser ikompli jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25.
Artikolu 29 5.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss meta ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien ġimagħtejn min-notifika meta din tinkludi ċertifikat ta’ akkreditament imsemmi fl-Artikolu 28(2) jew fi żmien xahrejn min-notifika meta din tinkludi evidenza dokumentarja msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biss għandu jitqies li huwa korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 29 6.
L-awtorità tan-notifika għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe bidla sussegwenti fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.