+Artikolu 33 Obbligi operazzjonali tal-korpi nnotifikati
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 Obbligi operazzjonali tal-korpi nnotifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Korp innotifikat għandu jwettaq il-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Artikolu 48(2), l-Artikolu 51 jew l-Anness VIII, kif determinat mill-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Korp innotifikat għandu jwettaq valutazzjonijiet tal-konformità b’mod proporzjonat, billi jevita l-ħolqien ta’ piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, u b’kont meħud tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tal-impriża, il-grad ta’ kumplessità tal-batterija li għandha tiġi vvalutata u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess tal-produzzjoni. Madankollu, il-korp innotifikat għandu jirrispetta l-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġ għall-konformità tal-batterija u tal-operaturi ekonomiċi ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Fejn korp innotifikat isib li r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13, 14, 49 u 50, fl-istandards armonizzati korrispondenti msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn ma jkunux ġew issodisfati, huwa għandu jeżiġi li l-manifattur jew operatur ekonomiku rilevanti ieħor, jieħu azzjoni korrettiva xierqa b’antiċipazzjoni tat-tieni u l-aħħar valutazzjoni tal-konformità, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati. Fejn in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati, il-korp innotifikat ma għandux joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Meta, matul il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, korp innotifikat isib li ma għadx hemm konformità, huwa għandu jirrikjedi li l-manifattur jew l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1), kif applikabbli, jieħu azzjoni korrettiva xierqa u għandu jissospendi jew jirtira id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, jekk ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Meta ma tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 4 jew meta tali azzjoni ma jkollhiex l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jirrestrinġi, jissospendi jew jirtira d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, kif ikun xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|