+Artikolu 38 Obbligi tal-manifatturi
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.
---+Artikolu 38 8.
---+Artikolu 38 9.
---+Artikolu 38 10.
---+Artikolu 38 11.
|
Artikolu 38 Obbligi tal-manifatturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Meta jqiegħdu batterija fis-suq jew iqiegħduha fis-servizz, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
(a)
tkun ġiet iddisinjata u mmanifatturata f’konformità mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikolu 12 u 14, u tkun akkumpanjata minn struzzjonijiet ċari, li jinftiehmu u li jinqraw u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz; u
(b)
tkun immarkata jew ittikkettjata f’konformità mal-Artikolu 13;
|
|
Artikolu 38 2.
|
Qabel ma jqiegħdu batterija fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti, imsemmija, fl-Artikolu 17, jew jaraw li titwettaq.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Fejn il-konformità ta’ batterija mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 18 u jwaħħlu l-markatura CE f’konformità mal-Artikoli 19 u 20.
|
|
Artikolu 38 4.
|
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IX u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz.
|
|
Artikolu 38 5.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex batterija li tkun parti minn produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ dan ir-Regolament. Meta jagħmel dan, il-manifatturi għandhom iqisu b’mod adegwat il-bidliet fil-proċess tal-produzzjoni jew fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-batterija u bidliet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-batterija jew li bl-applikazzjoni tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tagħha.
|
|
Artikolu 38 6.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batteriji li jqiegħdu fis-suq ikollhom numru ta’ identifikazzjoni tal-mudell u numru tal-lott jew tas-serje, jew numru tal-prodott jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. Meta d-daqs jew in-natura tal-batterija ma tippermettix dan, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-batterija.
|
|
Artikolu 38 7.
|
Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-batterija isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali tagħhom, filwaqt li jindikaw punt ta’ kuntatt uniku, u, jekk disponibbli, l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika, fejn ikun jeżisti wieħed. Meta dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-batterija. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu indikati b’lingwa jew lingwi, li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, u għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u leġġibbli.
|
|
Artikolu 38 8.
|
Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess għad-data tal-parametri stabbiliti fl-Anness VII fis-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija msemmija fl-Artikolu 14(1), f’konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 38 9.
|
Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma tkunx konformi ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu disponibbli l-batterija fis-suq, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 38 10.
|
Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, b’lingwa jew lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn batterija li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz.
|
|
Artikolu 38 11.
|
L-operaturi ekonomiċi li jwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew manifattura mill-ġdid, u jqiegħdu fis-suq jew fis-servizz batterija li tkun għaddiet minn xi waħda minn dawk l-operazzjonijiet, għandhom jitqiesu li huma manifatturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|