+Artikolu 41 Obbligi tal-importaturi
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.
---+Artikolu 41 8.
|
Artikolu 41 Obbligi tal-importaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
L-importaturi għandhom iqiegħdu biss fis-suq batterija li tkun konformi mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Qabel ma jqiegħdu batterija fis-suq, l-importaturi għandhom jivverifikaw li:
(a)
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII tfasslu u li l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 17 twettqet mill-manifattur;
(b)
il-batterija jkollha l-markatura CE, imsemmija fl-Artikolu 19 u tkun immarkata f’konformità mal-Artikolu 13;
(c)
il-batterija tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija għandha ssir disponibbli fis-suq; u
(d)
il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(6) u (7).
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, l-importatur ma għandux iqiegħed dik il-batterija fis-suq sakemm din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq billi jagħti d-dettalji tan-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 41 3.
|
L-importaturi għandhom jindikaw fuq il-batterija isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali tagħhom, filwaqt li jindikaw punt ta’ kuntatt uniku, u l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika, fejn ikun jeżisti wieħed. Meta dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-batterija. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa jew lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun ser issir disponibbli fis-suq, u għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u leġġibbli.
|
|
Artikolu 41 4.
|
L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li batterija tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
|
|
Artikolu 41 5.
|
Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn batterija, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar tal-kampjuni tal-batteriji mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, tal-batteriji mhux konformi u s-sejħiet lura tal-batteriji, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b’tali monitoraġġ.
|
|
Artikolu 41 6.
|
L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhijiex konformi mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu disponibbli l-batterija fis-suq, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 41 7.
|
L-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-batterija tkun tqiegħdet fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII issir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.
|
|
Artikolu 41 8.
|
L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ batterija mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat. L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji, li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|