+Artikolu 42 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
|
Artikolu 42 Obbligi tad-distributuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Meta jqiegħdu batterija fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni meħtieġa b’rabta mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Qabel ma jqiegħdu batterija fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
(a)
il-produttur huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 55;
(b)
il-batterija jkollha l-markatura CE, imsemmija fl-Artikolu 19 u tkun immarkata u ttikkettjata f’konformità mal-Artikolu 13;
(c)
il-batterija tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija għandha ssir disponibbli fis-suq jew titqiegħed fis-servizz; u
(d)
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(6) u (7) u fl-Artikolu 41(3) rispettivament.
|
|
Artikolu 42 3.
|
Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mal-Artikoli 6 sa 10 jew l-Artikolu 12, 13 jew 14, id-distributur ma għandux jagħmel il-batterija disponibbli fis-suq sakemm din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 42 4.
|
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li batterija tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
|
|
Artikolu 42 5.
|
Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li batterija li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhijiex konformi mal-Artikoli 6 sa 10 jew l-Artikolu 12, 13 jew 14 għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dik il-batterija ssir konformi, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura mis-suq, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-batterija fis-suq, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 42 6.
|
Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ batterija mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat. Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-batteriji li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|