|
+Artikolu 47 Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu |
Artikolu 47 Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-KapitoluArtikolu 47 Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-operaturi ekonomiċi li kellhom fatturat nett ta’ inqas minn EUR 40 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, u li mhumiex parti minn grupp, li jikkonsisti f’impriżi prinċipali u sussidjarji, li, fuq bażi konsolidata, jaqbeż il-limitu ta’ EUR 40 miljun. Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-operaturi ekonomiċi b’rabta mat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid, jekk tali batteriji kienu diġà tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel ma għaddew minn dawn l-operazzjonijiet. Dan il-Kapitolu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni dwar l-obbligi ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta’ minerali u metalli li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|