+Artikolu 48 Politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.

Artikolu 48 Politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
Mit- ►M2  18 ta’ Awwissu 2027 ◄ , l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq jew fis-servizz, għandhom jissodisfaw l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 49, 50 u 52 u għandhom, għal dak l-għan, jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji.
Artikolu 48 2.
L-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom il-politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tagħhom ivverifikati minn korp innotifikat f’konformità mal-Artikolu 51 (“verifika minn parti terza”) u awditjati perjodikament minn dak il-korp innotifikat biex jiġi żgurat li l-politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji jinżammu u jiġu applikati f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi rapport tal-awditjar lill-operatur ekonomiku awditjat.
Artikolu 48 3.
L-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iżommu dokumentazzjoni li turi t-twettiq tagħhom tal-obbligi stipulati fl-Artikoli 49, 50 u 52, inkluż ir-rapport ta’ verifika u d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 51 u r-rapporti tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għal 10 snin wara li l-aħħar batterija manifatturata skont il-politika tad-diliġenza dovuta għall-batteriji rilevanti tkun tqiegħdet fis-suq.
Artikolu 48 4.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali tal-operaturi ekonomiċi għall-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tagħhom, l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52, jikkollaboraw ma’ atturi oħra, inkluż permezz ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.
Artikolu 48 5.
Sat- ►M2  26 ta’ Lulju 2026 ◄ , il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta stipulati fl-Artikoli 49 u 50, fir-rigward tar-riskji msemmija fil-punt 2 tal-Anness X, u b’mod partikolari, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali msemmija fil-punti 3 u 4 tal-Anness X.
Artikolu 48 6.
L-Istati Membri jistgħu, sabiex jipprovdu informazzjoni u appoġġ lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta skont dan ir-Regolament, jistabbilixxu u joperaw siti web, pjattaformi jew portali ddedikati b’mod individwali jew konġunt.
Artikolu 48 7.
Il-Kummissjoni tista’ tikkomplementa l-miżuri ta’ appoġġ ta’ Stat Membru msemmija fil-paragrafu 6, billi tibni fuq azzjoni eżistenti tal-Unjoni sabiex tappoġġa d-diliġenza dovuta fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi u tista’ tfassal miżuri ġodda sabiex tgħin lill-operaturi ekonomiċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 48 8.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment il-ħtieġa li taġġorna l-lista ta’ materja prima u kategoriji ta’ riskju stipulati fl-Anness X.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex:

(a) 

temenda l-lista ta’ materja prima fil-punt 1 tal-Anness X u l-kategoriji ta’ riskju fil-punt 2 tal-Anness X fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku fil-manifattura tal-batteriji u fil-kimika u l-emendi għar-Regolament (UE) 2017/821;

(b) 

temenda l-lista ta’ strumenti internazzjonali fil-punt 3 tal-Anness X, f’konformità mal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti dwar l-istandards relatati mal-politiki tad-diliġenza dovuta u mal-protezzjoni tal-ambjent u tad-drittijiet soċjali;

(c) 

temenda l-obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma stipulati fl-Artikoli 49 u 50 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821, u temenda l-lista ta’ strumenti tad-diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment stipulati fil-punt 4 tal-Anness X.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.