|
+Artikolu 50 1. |
Artikolu 50 1.L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu:
(a)
jidentifika u jivvaluta r-riskju ta’ impatti negattivi fil-katina tal-provvista tiegħu, assoċjat mal-kategoriji ta’ riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X bħala parti mill-pjan ta’ ġestjoni tiegħu, inkluż abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 49 kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku jew ipprovduta mill-partijiet ikkonċernati, b’referenza għall-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tagħha;
(b)
ifassal u jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati biex tipprevjeni, ittaffi jew inkella tindirizza l-impatti negattivi billi:
(i)
jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c);
(ii)
jadotta miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji li huma konsistenti mal-istandards ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 4 tal-Anness X, billi titqies il-kapaċità tiegħu li jinfluwenza u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jeżerċita pressjoni fuq il-fornituri inklużi s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
(iii)
it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ u t-traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi ta’ mitigazzjoni tar-riskju, ir-rapportar lura lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c), u l-kunsiderazzjoni tas-sospensjoni jew tat-twaqqif tal-involviment ma’ fornitur jew is-sussidjarju jew is-sottokuntrattur tiegħu wara tentattivi falluti ta’ mitigazzjoni, abbażi tal-kuntratti u l-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (e);
(iv)
it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-fatti u tar-riskji addizzjonali għal riskji li jeħtieġu mitigazzjoni, jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|