+Artikolu 50 Obbligi tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
|
Artikolu 50 Obbligi tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu:
(a)
jidentifika u jivvaluta r-riskju ta’ impatti negattivi fil-katina tal-provvista tiegħu, assoċjat mal-kategoriji ta’ riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X bħala parti mill-pjan ta’ ġestjoni tiegħu, inkluż abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 49 kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku jew ipprovduta mill-partijiet ikkonċernati, b’referenza għall-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tagħha;
(b)
ifassal u jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati biex tipprevjeni, ittaffi jew inkella tindirizza l-impatti negattivi billi:
(i)
jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c);
(ii)
jadotta miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji li huma konsistenti mal-istandards ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 4 tal-Anness X, billi titqies il-kapaċità tiegħu li jinfluwenza u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jeżerċita pressjoni fuq il-fornituri inklużi s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
(iii)
it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ u t-traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi ta’ mitigazzjoni tar-riskju, ir-rapportar lura lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c), u l-kunsiderazzjoni tas-sospensjoni jew tat-twaqqif tal-involviment ma’ fornitur jew is-sussidjarju jew is-sottokuntrattur tiegħu wara tentattivi falluti ta’ mitigazzjoni, abbażi tal-kuntratti u l-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (e);
(iv)
it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-fatti u tar-riskji addizzjonali għal riskji li jeħtieġu mitigazzjoni, jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi.
|
|
Artikolu 50 2.
|
Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) jagħmel sforzi ta’ mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b’mod temporanju, dan għandu jikkonsulta mal-fornituri u mal-partijiet ikkonċernati, inkluż l-awtoritajiet tal-gvern lokali u nazzjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew tas-soċjetà ċivili u l-partijiet terzi affettwati, bħall-komunitajiet lokali qabel ma jistabbilixxi strateġija li tista’ titkejjel għall-mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 50 3.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu jidentifika u jivvaluta l-probabbiltà tal-impatti negattivi fil-kategoriji tar-riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X, fil-katina tal-valur tiegħu. Dak l-operatur ekonomiku għandu jidentifika u jivvaluta r-riskji fil-katina tal-provvista tiegħu bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tiegħu stess. L-operatur ekonomiku għandu jwettaq verifiki minn partijiet terzi tal-ktajjen tad-diliġenza dovuta tiegħu stess permezz ta’ korp innotifikat f’konformità mal-Artikolu 51. L-operatur ekonomiku jista’ juża r-rapporti ta’ verifika minn parti terza maħruġa skont l-Artikolu 51(2) minn tali korp innotifikat dwar il-politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji implimentati minn fornituri f’dik il-katina f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.. L-operatur ekonomiku jista’ juża wkoll dawk ir-rapporti ta’ verifika minn parti terza sabiex javvaluta, kif xieraq, il-prattiki ta’ diliġenza ta’ dawk il-fornituri.
|
|
Artikolu 50 4.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lill-maniġment superjuri tiegħu li lilu ġiet assenjata r-responsabbiltà f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c), u għandu jimplimenta l-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|