+Artikolu 51 Verifika minn parti terza ta’ politiki ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
|
Artikolu 51 Verifika minn parti terza ta’ politiki ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifika minn parti terza. Tali verifiki minn parti terza għandhom:
(a)
ikopru l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
(b)
ikollhom bħala l-objettiv tagħhom id-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta’ diliġenza dovuta tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
(c)
fejn rilevanti, tinkludi kontrolli fuq l-impriżi u tiġbor informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati;
(d)
jidentifikaw għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq, oqsma għat-titjib potenzjali b’rabta mal-prattiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta;
(e)
tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar tal-indipendenza, il-kompetenza u l-obbligu ta’ rendikont, kif stabbilit fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli ta’ Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta’ Riskju Għoli.
|
|
Artikolu 51 2.
|
Il-korp innotifikat għandu joħroġ rapport ta’ verifika li jirreġistra l-attivitajiet imwettqa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-eżiti tagħhom. Fejn il-politiki tad-diliġenza dovuta tal-batteriji msemmija fl-Artikolu 48 iwettqu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 49, 50 u 52, il-korp innotifikat għandu joħroġ deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|