|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifika minn parti terza. Tali verifiki minn parti terza għandhom:
(a)
ikopru l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
(b)
ikollhom bħala l-objettiv tagħhom id-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta’ diliġenza dovuta tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
(c)
fejn rilevanti, tinkludi kontrolli fuq l-impriżi u tiġbor informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati;
(d)
jidentifikaw għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq, oqsma għat-titjib potenzjali b’rabta mal-prattiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta;
(e)
tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar tal-indipendenza, il-kompetenza u l-obbligu ta’ rendikont, kif stabbilit fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli ta’ Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta’ Riskju Għoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|