+Artikolu 53 Rikonoxximent ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
---+Artikolu 53 7.
---+Artikolu 53 8.

Artikolu 53 Rikonoxximent ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
Il-gvernijiet, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-gruppi ta’ organizzazzjonijiet interessati li jkunu żviluppaw u jissorveljaw skemi ta’ diliġenza dovuta (is-“sidien ta’ skemi”) jistgħu japplikaw biex l-iskemi ta’ diliġenza dovuta tagħhom jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ informazzjoni li l-applikazzjoni għar-rikonoxximent għandu jkun fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Artikolu 53 2.
Fejn, abbażi tal-evidenza u l-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tiddetermina li l-iskema ta’ diliġenza dovuta msemmija f’dak il-paragrafu, tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52 ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti lil dik l-iskema rikonoxximent ta’ ekwivalenza mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Iċ-Ċentru tal-OECD għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju għandu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).

Meta tiġi biex tiddetermina r-rikonoxximent ta’ skema ta’ diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki diversi tal-industrija koperti minn dik l-iskema u għandha tqis ukoll l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-metodu użat minn dik l-iskema biex jiġu identifikati r-riskji.

Artikolu 53 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 li jistabbilixxu l-kriterji u l-metodoloġija li skonthom il-Kummissjoni għandha tiddetermina, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-iskemi ta’ diliġenza dovuta jippermettux lill-operaturi ekonomiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll, kif xieraq u perjodikament, li l-iskemi rikonoxxuti ta’ diliġenza dovuta jibqgħu jissodisfaw il-kriterji li jkunu wasslu għal deċiżjoni biex jingħata rikonoxximent ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 53 4.
Is-sid ta’ skema ta’ diliġenza dovuta li għaliha ngħata rikonoxximent tal-ekwivalenza f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla jew aġġornament li jsiru f’dik l-iskema. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-tali bidliet jew aġġornamenti jaffettwawx ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ dik l-iskema u tieħu azzjoni xierqa.
Artikolu 53 5.
Jekk ikun hemm evidenza ta’ każijiet ripetuti jew sinifikanti fejn l-operaturi ekonomiċi li qed jimplimentaw skema rikonoxxuta f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52, il-Kummissjoni għandha teżamina, f’konsultazzjoni mas-sid tal-iskema rikonoxxuta ta’ diliġenza dovuta, jekk dawk il-każijiet jindikawx defiċjenzi fl-iskema.
Artikolu 53 6.
Fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52 jew defiċjenzi fi skema rikonoxxuta ta’ diliġenza dovuta, hija tista’ tagħti lis-sid tal-iskema perjodu xieraq biex jieħu azzjoni ta’ rimedju.
Artikolu 53 7.
Fejn is-sid tal-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta’ rimedju neċessarja, u fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat li n-nuqqas jew id-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jikkompromettu l-kapaċità tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) li jimplimenta l-iskema li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52 jew fejn il-każijiet ripetuti jew sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità mill-operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema jkunu dovuti għal defiċjenzi fl-iskema, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jirtira r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-iskema. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Artikolu 53 8.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru ta’ skemi rikonoxxuti ta’ diliġenza dovuta. Dak ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.