+Artikolu 54 Awtorità kompetenti
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
|
Artikolu 54 Awtorità kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-obbligi skont dan il-Kapitolu, b’mod partikolari għall-monitoraġġ u l-verifika tat-twettiq tal-produtturi u organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tal-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Kull Stat Membru jista’ jaħtar ukoll punt ta’ kuntatt wieħed minn fost l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, għall-fini ta’ komunikazzjoni mal-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 54 3.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-organizzazzjoni u l-operat tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, inkluż ir-regoli amministrattivi u proċedurali għal:
(a)
ir-reġistrazzjoni tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 55;
(b)
l-awtorizzazzjoni tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 58;
(c)
is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 57;
(d)
il-ġbir tad-data dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-Artikolu 75;
(e)
id-disponibbiltà tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 76.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Sat-18 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|