Artikolu 63
Sistemi ta’ depożitu għar-ritorn ta’ batteriji
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta’ sistemi ta’ depożitu għar-ritorn ta’ batteriji, b’mod partikolari għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi.