+Artikolu 56 Responsabbiltà Estiża tal-Produttur
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.

Artikolu 56 Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur għall-batteriji li jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru. Tali batteriji għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 56 2.
Operatur ekonomiku li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru batterija li tirriżulta mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal skop differenti, l-operazzjonijiet ta’ adattament għal skop differenti jew ta’ manifattura mill-ġdid għandu jitqies li huwa l-produttur ta’ tali batterija għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkollu responsabbiltà estiża tal-produttur.
Artikolu 56 3.
Produttur kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (47)(d), għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’kull Stat Membru li fih ibigħ il-batteriji. Tali ħatra għandha ssir permezz ta’ mandat bil-miktub.
Artikolu 56 4.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produttur għandhom ikopru l-ispejjeż li ġejjin għall-prodotti li l-produttur jagħmel disponibbli fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat:

(a) 

l-ispejjeż ta’ ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji u t-trasport u t-trattament sussegwenti tagħhom, b’kont meħud ta’ kwalunkwe dħul miksub mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew mill-valur ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn skart riċiklat ta’ batteriji;

(b) 

l-ispejjeż tat-twettiq ta’ stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat miġbur f’konformità mal-Artikoli 69(5);

(c) 

l-ispejjeż tal-għoti ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-Artikolu 74;

(d) 

l-ispejjeż tal-ġbir tad-data u r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 75.

Artikolu 56 5.
Fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti għall-adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid, kemm il-produtturi tal-batteriji oriġinali kif ukoll il-produtturi tal-batteriji li jitqiegħdu fis-suq b’riżultat ta’ dawk l-operazzjonijiet, jistgħu jistabbilixxu u jaġġustaw mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni ta’ kostijiet, ibbażat fuq l-attribuzzjoni reali tal-kostijiet bejn il-produtturi differenti, għall-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a), (c) u (d).

Meta batterija msemmija fil-paragrafu 2 tkun soġġetta għal aktar minn responsabbiltà estiża waħda tal-produttur, l-ewwel produttur li jagħmel dik il-batterija disponibbli fis-suq ma għandux iġarrab kostijiet addizzjonali bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri rigward tali mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.