|
+Artikolu 60 2. |
Artikolu 60 2.Produtturi għall-batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ teħid lura u ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT:
(a)
tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(i)
distributuri f’konformità mal-Artikolu 62;
(ii)
faċilitajiet għat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw skont id-Direttiva 2000/53/KE;
(iii)
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66;
(iv)
il-punti ta’ ġbir volontarji f’konformità mal-Artikolu 67;
(v)
faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku soġġetti għad-Direttiva 2012/19/UE; u
(b)
tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji LMT, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji LMT huma profittabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|