+Artikolu 60 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
---+Artikolu 60 7.
---+Artikolu 60 8.

Artikolu 60 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.

Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li l-iskart kollu ta’ batteriji LMT, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tagħhom, jinġabar separatament fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:

(a) 

jistabbilixxu sistema ta’ teħid lura u ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT;

(b) 

joffru l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT, mingħajr ħlas, lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u jipprevedu l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT mill-entitajiet kollha li jkunu għamlu użu minn dik l-offerta (“punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT”);

(c) 

jipprevedu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trasport tal-iskart ta’ batteriji LMT, inkluż il-forniment, mingħajr ħlas, ta’ kontenituri xierqa għall-ġbir u t-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/68/KE, għall-punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT;

(d) 

jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji LMT miġbur mill-punti tal-ġbir konnessi għall-batteriji LMT, bi frekwenza li tkun proporzjonata għaż-żona koperta u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT ġeneralment miġbur minn dawk il-punti ta’ ġbir;

(e) 

jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji LMT imneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT;

(f) 

jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji LMT miġbur minn punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT u mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sussegwentement ikun soġġett għal trattament f’faċilità permessa minn operatur tal-immaniġġar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 70.

Artikolu 60 2.

Produtturi għall-batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ teħid lura u ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT:

(a) 

tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) 

distributuri f’konformità mal-Artikolu 62;

(ii) 

faċilitajiet għat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw skont id-Direttiva 2000/53/KE;

(iii) 

l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66;

(iv) 

il-punti ta’ ġbir volontarji f’konformità mal-Artikolu 67;

(v) 

faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku soġġetti għad-Direttiva 2012/19/UE; u

(b) 

tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji LMT, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji LMT huma profittabbli.

Artikolu 60 3.

Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jilħqu, u jżommu b’mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ‘tal-iskart ta’ batteriji LMT:

(a) 

51 % sal-31 ta’ Diċembru 2028;

(b) 

61 % sal-31 ta’ Diċembru 2031.

Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Anness XI.

Artikolu 60 4.

Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom:

(a) 

jistabbilixxu l-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), b’infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji LMT li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta’ ġbir b’rabta mal-attivitajiet ta’ teħid lura; il-kontenituri għall-ġbir u l-ħżin temporanju ta’ tali skart ta’ batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati fid-dawl tal-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT li x’aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta’ ġbir;

(b) 

jiġbru l-iskart ta’ batteriji LMT mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-kapaċità tal-ħżin tal-infrastruttura tal-ġbir separat u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji li ġeneralment jinġabar minn dawk il-punti ta’ ġbir; u

(c) 

jipprevedu l-konsenja tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu lill-faċilitajiet permessi għat-trattament f’konformità mal-Artikoli 70 u 73.

Artikolu 60 5.
L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jarmu skart ta’ batteriji LMT fil-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u ma għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija LMT ġdida u lanqas li jkunu xtraw il-batterija mill-produtturi li jkunu stabbilew il-punti ta’ ġbir.
Artikolu 60 6.
Il-punti ta’ ġbir stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2, il-punti (a)(i), (iii) u (iv), ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni jew permessi tad-Direttiva 2008/98/KE.
Artikolu 60 7.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġbru skart ta’ batteriji LMT biss jekk ikunu kkonkludew kuntratt mal-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Artikolu 60 8.
Fid-dawl tal-iżvilupp mistenni tas-suq u ż-żieda tat-tul tal-ħajja mistennija tal-batteriji LMT, u sabiex jiġi aċċertat aħjar il-volum reali tal-iskart ta’ batteriji LMT disponibbli għall-ġbir, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, sat-18 ta’ Awwissu 2027 atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT stabbilita fl-Anness XI u biex temenda l-mira ta’ ġbir stipulata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex tadatta l-mira ta’ ġbir għall-metodoloġija l-ġdida filwaqt li twettaq ambizzjoni u skedi ta’ żmien ekwivalenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.