|
+Artikolu 60 4. |
Artikolu 60 4.Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom:
(a)
jistabbilixxu l-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), b’infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji LMT li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta’ ġbir b’rabta mal-attivitajiet ta’ teħid lura; il-kontenituri għall-ġbir u l-ħżin temporanju ta’ tali skart ta’ batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati fid-dawl tal-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT li x’aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta’ ġbir;
(b)
jiġbru l-iskart ta’ batteriji LMT mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-kapaċità tal-ħżin tal-infrastruttura tal-ġbir separat u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji li ġeneralment jinġabar minn dawk il-punti ta’ ġbir; u
(c)
jipprevedu l-konsenja tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu lill-faċilitajiet permessi għat-trattament f’konformità mal-Artikoli 70 u 73. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|