+Artikolu 61 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
|
Artikolu 61 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
Il-produtturi tal-batteriji SLI, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, u għandhom jiżguraw li l-iskart kollu tal-batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tal-kategorija rispettiva tagħhom li jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jinġabar separatament. Għal dak l-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew minn sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir li jinkludu punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’:
(a)
id-distributuri ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi f’konformità mal-Artikolu 62(1);
(b)
l-operaturi li jwettqu manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi;
(c)
il-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku u ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw imsemmija fl-Artikolu 65 għal skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħhom;
(d)
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), jistgħu jiġbru skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi biss jekk ikunu kkonkludew kuntratt mal-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. Meta l-iskart ta’ batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur li jieħu lura dak l-iskart ta’ batteriji ma għandu jirriżulta fl-ebda spiża marbuta maż-żarmar u l-ġbir ta’ dak tal-iskart ta’ batteriji li tiġġarrab minn dawk l-utenti.
|
|
Artikolu 61 2.
|
L-arranġamenti ta’ teħid lura stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi huma profittabbli.
|
|
Artikolu 61 3.
|
Il-produtturi tal-batteriji SLI, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom:
(a)
jipprovdu lis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b’infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli, u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk is-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir b’rabta mal-attivitajiet ta’ teħid lura; il-kontenituri għall-ġbir u l-ħżin temporanju ta’ tali skart ta’ batteriji fis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir għandhom ikunu adegwati fid-dawl tal-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li x’aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta’ ġbir;
(b)
jiġbru l-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi mis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-kapaċità tal-ħżin tal-infrastruttura tal-ġbir separat u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji li ġeneralment jinġabar permezz ta’ dawk is-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir; u
(c)
jipprevedu l-konsenja tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur mill-utenti finali u mis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sal-faċilitajiet permessi għat-trattament f’konformità mal-Artikoli 70 u 73.
|
|
Artikolu 61 4.
|
L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu jistgħu jgħaddu l-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart magħżula f’konformità mal-Artikolu 57(8) bil-ħsieb tat-trattament tiegħu f’konformità mal-Artikolu 70. F’tali każijiet, l-obbligu tal-produtturi skont il-paragrafu 3, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|